Romelu Lukaku telaq lil Everton wara messaġġ ta' voodoo

    L-attakkant Romelu Lukaku ddeċieda li jitlaq lil Everton wara li rċieva messaġġ ta' voodoo biex jingħaqad ma' Chelsea. Is-sid ta' Everton, Farhad Moshiri, tenna li pprova jagħmel minn kollox biex iżomm lil Lukaku mat-Toffees.

    Il-player internazzjonali Belġjan ta' 24 sena ingħaqad ma' Manchester United għas-somma ta' £75 miljun fis-sajf li għadda.

    Moshiri li għandu l-maġġoranza tal-ishma fil-club ta' Everton, qal li l-player irċieva messaġġ waqt li kien pellegrinaġġ lejn l-Afrika meta kien fil-proċess li jġedded il-kuntratt ma' Everton.

    Minkejja li Chelsea għamlu offerta għal  Lukaku, l-attakkant Belġjan ipprefera li jingħaqad ma' Manchester United.