Lorenzo Pellegrini fil-mira ta' tliet clubs

    Tliet clubs tal-Premier League Manchester United, Manchester City u Chelsea, jinsabu nteressati li jakkwistaw il-firma tal-midfielder internazzjonali Taljan, Lorenzo Pellegrini.

    It-tliet clubs jidhru determinati li jakkwistaw lill-midfielder ta' Roma fis-suq tat-trasferimenti f'Jannar.

    Pellegrini ta' 21 sena, iddebutta mal-Azzurri kontra Liechtenstein f'Ġunju 2017.  Huwa skorja żewg goals ma' Roma fis-Serie A s’issa f'dan l-istaġun. 

    Pellegrini għandu klwsola ta' €21 miljun fil-kuntratt tiegħu mal-Giallorossi.