Membri tas-salvataġġ jittamaw f'miraklu... biżgħa li jiżdiedu l-vittmi f'Kalifornja

    Membri tas-salvataġġ f’Kalifornja jinsabu mbeżżgħin li mhumiex se jsibu traċċi ta’ ħajja u li l-għadd ta’ persuni mejta mistenni jiżdied għal 57 persuna.

    Il-Kap tas-sezzjoni tat-tifi tan-nar Gary Pitney qal li minkejja li għadhom għaddejjin bit-tfittxija għal persuni ħajjin wara d-diżastru ta’ Montecito, iżda li f’dan l-istadju xejn mhu qiegħed ikun eskluż.

    Is-Sheriff tal-lokal Bill Brown ukoll ammetta li qegħdin jistennew miraklu hekk kif 17-il persuna kienu kkonfermati mejta u 40 oħra għadhom neqsin.

    Huwa żied jgħid li kien hemm ċirkostanzi ta’ diżastri simili ta’ persuni li nstabu ħajjin wara jiem twal ta’ tfittxija