Inter interessati f'Gabriel Paletta ta' AC Milan?

    Inter qed jissemmew li huma interessati fid-difensur ta' AC Milan Gabriel Paletta.

    Paletta li huwa difensur ċentrali qed jiġi kkunsidrat minn Inter li jista' jifforma koppja flimkien ma' Miranda jew Milan Skriniar.

    Il-player Taljan imwieled l-Arġentina għadu ma lagħabx mar-Rossoneri f'dan l-istaġun, fejn il-coach ta' AC Milan jippreferi aktar lil Alessio Romangoli, Mateo Musacchio flimkien ma' Leonardo Bonucci f'din il-pożizzjoni.

    Inter qed isegwu wkoll lil Daley Blind ta' Manchester United li lagħab biss f'ħames partiti f'dan l-istaġun.