Filmat: Jipprovaw jisirqulu l-mutur... isibu kantuniera bogħod

    Fl-aħħar sigħat inxtered filmat ta' żewġ persuni li allegatament pprovaw jisirqu quadbike. Bosta kienu dawk li rreaġixxew b'rabja għal dan il-filmat fejn saħqu li "wasalna f'punt li lanqas vettura ma tista' tħalli barra t-triq" u oħrajn li wara li raw dan il-filmat staqsew kif għad hawn dawn it-tip ta' nies li lesti li jgħixu billi jisolħu minn ta' ħaddieħor "mas-saqajn".

    Is-sid ikkonferma li dawn il-persuni pprovaw jistartjaw il-mutur, iżda minkejja li wettqu xi ħsara l-mutur instab kantuniera bogħod wara li allegatament ma rnexxielhomx jistartjaw il-mutur li pprovaw jisirqu.