Sewwieq jaħrab minn fuq il-post wara li għadda minn fuq tifla

    F’filmat xokkanti li qiegħed ikun imxerred fuq il-midja jidher il-mument meta tifla ċkejkna spiċċat b’vettura għaddejja minn fuqha wara li tħalliet toħroġ waħdiha mid-dar fejn kienet tgħix.

    F’dan il-filmat li jidher li nġibed fl-Indja juri liċ-ċkejkna toħroġ titawwal għal nofs it-triq meta wara ftit spiċċat b’vettura li għaddiet minn fuqha.

    Jidher li s-sewwieq ħarab minn fuq il-post u fortunatament iċ-ċkejkna qamet fuq saqajha u kompliet miexja daqslikieku ma kien ġara xejn.