Tnejn l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi

    Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident stradali fi Triq Sant’Anna.

    L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu wara ħabta bejn vettura tat-tip Subaru J10 u oħra tat-tip Renault Clio.

    Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lil dawk midruba.

    F’dan l-istadju mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.