Unite with Tomorrowland lura f'pajjiżna fis-Sajf li ġej

    Għat-tieni sena konsekuttiva f'Malta se jiġi organizzat Unite with Tomorrowland bl-edizzjoni ta' din is-sena se ssir fit-28 ta' Lulju li ġej fil-Marsa Sports Ground.

    Għall-attivita tas-sena li għaddiet ħadu sehem eluf ta' żgħażagħ Maltin u barranin minn 50 pajjiż differenti b'90% ta' dawk li attendew jgħidu li tant kien suċċess li beħsiebu jerġgħu jattendu u 80% tagħhom jgħidu li ma stennewhx li se jkun daqshekk tajjeb.

    L-organizzaturi għad iridu jħabbru min se jkunu d-DJs lokali u barranin li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena li bħas-sena li għaddiet se tkun kollegata ma' dak li jkun qed jiġri fil-Belġju u pajjiżi oħra.