L-Awstraljani xxukjati bil-mewt ta' "Dolly"... Jagħtuha l-aħħar tislima lebsin il-kulur favorit tagħha

    Bosta kienu dawk li biex ifakkru l-memorja tat-tifla Awstraljana Amy “Dolly” Everett li neħħiet ħajjitha b’idejha wara allegat każ ta’ ibbulljar.

    Il-mewt tat-tifla fl-età ta’ 14-il sena li tibqa’ magħrufa għar-ritratt tagħha f’età iżgħar bil-kappell f’waħda mill-kampanji tad-ditta Akubra ħolqot dieqa u xokk kbir fil-pajjiż.

    Madwar 300 persuna attendew il-funeral tagħha u ma setax jonqos li dawn jilbsu l-kulur favorit tagħha.

    Missierha qal li bintu se tibqa’ mfakkra bħala “Iċ-ċkejkna ġentili u li taf tħobb” u talab biex ikun hawn kontroll aħjar tal-ibbuljar biex ħadd ma jgħaddi mill-martirju li għaddejjin minnu l-familja ta’ Dolly.

    Il-familja taċ-ċkejkna waqqfet fondazzjoni bl-isem “ix-xewqa ta’ Dolly” biex tqajjem kuxjenza dwar l-ibbuljar, id-dipressjoni u suwiċidju speċjalment fost iż-żgħar”.