Il-pulizija tavża dwar inċident fil-Mosta biex tkun evita konġestjoni tat-traffiku

    Dan is-sit jinsab infurmat li wara inċident stradali fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta li seħħ ftit tal-ħin ilu, il-pubbliku qed ikun ġentilment mitlub ma jgħaddix minn din l-akkwata biex tiġi evitata konġestjoni tat-traffiku.

    Il-pulizija qed tavża wkoll li t-triq li tagħti għal Burmarrad hija magħluqa għat-traffiku.

    Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu eżitu ikrah.