Żewġ Maltin u Taljan arrestati f'rejd li wasslet għall-qabda ta' 30 kilo raża tal-kannabis

    Ħidma konġunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk mir-Rapid Intervention Unit, wasslet għall-arrest ta’ tliet persuni li fil-pussess tagħhom instabu madwar 30 kilo sustanza suspettata raża tal-kannabis kif ukoll madwar €42,000 fi flus kontanti.

    Dawn il-persuni, żewġ Maltin u Taljan li l-eta’ tagħhom tvarja bejn il-31 sena u l-45 sena ġew arrestati waqt tfittxijiet li saret fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun. 

     

    Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. F. Depasquale LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata. 

    Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.