Anke l-attur popolari James Franco jispiċċa mżeffen fi skandlu sesswali

    Id-dinja ta’ Hollywood qed tkompli tinħakem minn skandli sesswali. Dan wara li anke l-attur popolari James Franco qed ikun akużat b’imġieba sesswali ħażina minn ħames nisa. Dan kien żvelat mill-ġurnal Amerikan Los Angeles Times.

    Waħda min-nisa, Violet Paley, qalet li filwaqt li kellha relazzjoni sesswali kunsenswali mal-attur, f’okkażjoni minnhom huwa kien ġiegħlha tagħmel sess orali miegħu waqt li kienu fil-karozza tiegħu.

    L-erba’ nisa l-oħrajn kienu studenti fi Studio 4, skola għal atturi li kienet immexxija minn Franco nnifsu. Ilkoll qed jakkużaw lill-attur ta’ 39 sena li kien jistaqsi lin-nisa biex jinżgħu għarwenin kemm fuq is-set u anke fil-klassi.

    Franco min-naħa tiegħu ċaħad dawn l-allegazzjonijiet li qed isiru mill-ħames nisa fil-konfront tiegħu.