Sirjan bi ġrieħi gravi wara li jaqa' 4 sulari fil-Ħamrun

    Sirjan sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli konsiderevoli fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m. f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq is-Sewwieqa.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li s-Sirjan, li għandu 23 sena u residenti Ħal Tarxien, waqa’ minngħoli ta’ madwar erba’ sulari waqt li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fl-imsemmija triq.

    Tim mediku mar mill-ewwel fuq il-post biex jassisti lill-raġel, li ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

    Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Dr F. Depasquale li ħatar esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

    Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.