“Partit mhux kredibbli dwar l-ambjent … Il-PN baqa' ma għamel l-ebda kundanna”

    Il-Partit Nazzjonalista huwa partit li mhux kredibbli dwar l-ambjent. Dan huwa l-qofol ta’ stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista rigward l-aħbar li d-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ntalab mill-Awtorità tal-Ippjanar biex ineħħi l-illegalitajiet li għandu fi proprjetà tiegħu fil-Għargħur. L-istqarrija maħruġa mill-PL tkompli tgħid li dan jikkonferma kemm Fenech Adami kien jipprova jqarraq meta jisforza biex jagħti impressjoni li kellu kollox skont il-liġi.

    L-istqarrija tkompli tgħid li Fenech Adami mhux l-uniku deputat li aġixxa b’mod differenti ħafna minn kif il-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar l-ODZ, u ma kien hemm ebda forma ta’ kundanna mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Ittemm tgħid li huwa għaldaqstant li l-PN mhux kredibbli meta jgħid li jrid iħares l-ambjent.

    ARA: Beppe Fenech Adami ordnat ineħħi l-illegalitajiet fil-proprjetà tiegħu fil-Għargħur