Malcom ta' Bordeaux iħejji għat-trasferiment fil-Premier League billi jitgħallem l-Ingliż

    Hemm diversi xnigħat li l-attakkant żagħżugħ Brażiljan ta' Bordeaux, Malcom sejjer jilgħab fil-Premier League.

    Jose Mourinho jidher ammiratur tal-player ta' 20 sena, fejn jikkunsidrah bħala l-aħjar player żagħżugħ fl-Ewropa u huwa dispost li jonfoq £40 miljun fuq dan il-player fis-suq tat-trasferimenti dan ix-xahar. Malcom, li jinsab fil-mira ta' Manchester United, qed jitgħallem il-lingwa Ingliża u b'hekk komplew jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet li jista' jingħaqad mal-United mill-aktar fis.

    Arsenal u Tottenham jinsabu wkoll interessati f'dan l-attakkant li skorja seba' goals s’issa f'dan il-kampjonat. Malcom ingħaqad ma' Bordeaux mingħand Corintihians fl-2016 u kellu wirjiet ferm pożittivi mal-club Franċiż. 

    L-attakkant Brażiljan irrappreżenta lil pajjiżu fit-timijiet ta' Taħt l-20 u t-23 sena kif wkoll għen lil Corinthians jirbħu l-kampjonat Brażiljan fl-2015.