Lautaro Martinez segwit minn Inter u Atletico Madrid iżda ….

    L-attakkant Arġentin, Lautaro Martinez, li qed jiġi segwit minn Inter u Atletico Madrid, għamilha ċara li jixtieq jibqa' mal-club sa Ġunju u li beħsiebu jġedded il-kuntratt mal-club preżenti.

    Martinez spjega li: "Ser niffirma kuntratt mal-club u għandi l-intenzjoni li nilgħab fil-Copa Libertadores u ser nipprova nilħaq l-għan li bdejna bih fil-bidu tal-istaġun.

    “Għandi kuntratt sa Ġunju. Imbagħad beħsiebni nitkellem ma' dawk il-clubs li jinsabu verament interessati fija flimkien mad-diriġenti ta' Racing biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni."

    Meta mistoqsi dwar l-interess ta' Inter u Atletico Madrid, l-attakkant żagħżugħ Arġentin sostna: "Ser inħalli dan f'idejn l-aġent u l-familjari tiegħi. Bħalissa ninsab iffukat li niddefendi l-kuluri tat-team tiegħi u li nagħti kollox għal dan il-club".