L-attriċi Catherine Deneuve tiddefendi d-dritt ta' rġiel li jinbxu lin-nisa

    L-attriċi  Franċiża Catherine Deneuve qalet li l-irġiel għandhom iħossuhom liberi li jinbxu nisa oħra. Deneuve hija waħda mill-mitt mara Franċiżi li kitbu jwissu dwar reazzjonijiet li bdew mill-iskandli ta’ abbuż riċenti.

     Skont l-ittra ppubblikata f’wieħed mill-ġurnali Franċiżi fl-aħħar sigħat, l-abbuż sesswali mhuwa qatt ittolerat, imma li ħafna rġiel qiegħdin jiġu puniti b'mod prematur, qiegħdin jitkeċċew minn xogħolhom talli kull mgħamlu hija li missew saqajna xi ħadd jew serqu bewsa. Jgħidu wkoll li l-istupru huwa att kriminali, iżda li tisseduċi lil xi ħadd, anke jekk b’ċertu persistenza mhux.

    Skont dawn in-nisa minkejja li kien leġittimu u neċessarju li nitkellmu kontra l-abbuż ta’ poter ta’ ċertu nisa, denunzji infirxu bla kontroll.

    Minkejja li Deneuvre hija l-aktar prominenti minn dawn il-kittieba, fost id-99 l-oħra hemm figuri rinomati fosthom l-attriċi Christine Boisson, l-istilla tal-pornografija Brigitte Lahaie, u l-awtriċi Catherine Millet.

    Ftit sigħat wara l-pubblikazzjoni ta’ l-imsemmija ittra madwar 30 femminista ħarġu stqarrija li takkuża lil Deneuve u d-99 l-oħra li ppruvaw jgħattu skandli ta’ każijiet u li kkawżaw rabja fost vittmi ta’ vjolenza sesswali.