Iweġġa’ wara li jintlaqat minn vettura f'Raħal Ġdid

    Raġel barrani aktar kmieni, għall-ħabta tas-6 a.m, ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident stradali fi Triq il-Perit Dom Mintoff, Raħal Ġdid. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari, irriżulta li raġel ta’ 29 sena, imwieled in-Niġerja, għal xi raġuni, intlaqat minn vettura tat-tip Kia Avella li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena, residenti Ħal Tarxien. 

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.