Il-bewsa tal-mewt?... Id-deċiżjoni ta' Trump tqajjem furur

    Tħassib mill-komunità internazzjonali dwar id-deċiżjoni li ħarġet mill-Istati Uniti 

    Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li l-Istati Uniti minn issa ’l quddiem se tkun qed tirrikonoxxi lil ġerusalem bħala l-belt kapitali tal-Iżrael. Minn naħa tiegħu l-President Trump qal l-Istati Uniti xorta waħda se tkun qiegħda tappoġġja s-soluzzjoni ta’ żewġ stati jekk ikun hemm l-approvazzjoni kemm tal-Palestinjani u anke ta’ Iżrael. 

    Fid-dawl ta’ dan kollu l-President Mahmoud Abbas wissa li din il-ħaġa jista’ jkollha konsegwenzi diżastrużi. Meta kien qiegħed jitkellem l-White House, Trump qal li huwa ħa azzjoni li h a -aqwa interess tal-Istati Uniti kif ukoll fl-aqwa interess tal-mixja lejn il-paċi bejn Iżrael u l-Palestinjani. Min-naħa tiegħu l-President qal li ta ordni lid-Dipartiment tal-Istat Amerikan biex jibda l-preparamenti ħalli l- ambaxxata timxi minn Tel Aviv lejn ġerusalemm. Din kienet waħda mill-wegħdi tal-kampanja elettorali ta’ Trump. 

    Aktar kmieni, hekk kif it-tħabbira kienet imminenti, l-uffċjali Palestinjani ddeskrivew din bħala “l-bewsa tal-mewt” għall-proċess ta’ paċi tal-Lvant Nofsani. 

    Min-naħa l-oħra ministru Iżraelit ħeġġeġ lil pajjiżi oħrajn biex jimxu fuq l-eżempju tal-Istati Uniti tal-Amerika. 

    Il-prospett li ġerusalem tkun rikonoxxuta bħala l-belt kapitali qanqlet reazzjoni ta’ allarm u twiss a mad-dinja kollha. Ir-rappreżentant Palestinjan għar-Renju Unit Manuel Hassassian meta kien qiegħed jitkellem ma’ BBC qal li l-politika tal-Istati Uniti dwar ġerusalem se tkun qiegħda t sser bħala “l- bewsa tal-mewt” għas-soluzzjoni taż-żewġ stati u anke għall-progress li kien sar s’issa d-diskussjonijiet tal-paċi. Hassassian qal li saħansitra din h a “dikjarazzjoni ta’ gwerra.” Hassassian kompla jispejga li bi gwerra huwa ma j ssirx gwerra kon- venzjonali bl-armi, imma gwerra diplomatika. 

    Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu għadu jrid jikkummenta b’mod u ċjali dwar dan kollu, iżda l-Ministru tal-Edukazzjoni Na ali Benne id-deskriva din bħala “pass pożittiv lejn il-paċi r-reġjun” u qal li l-komunità internazzjonali għadha tieħu l- eżempju tal-Istati Uniti tal- Amerika. Benne qal li din il-mossa se turi lill-“għedewwa ta’ Iżrael” li ġerusalem qa m’għandha tkun belt maqsuma. 

    Min-naħa tiegħu l-Papa Franġisku wkoll qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni. Il-mexxej spiritwali qal li l-istatus quo għandu jiġi rrispettat. Huwa qal li “d-djalogu għandu jseħħ biss meta d-dri iet tal-persuni kollha tar-reġjun ikunu magħrufa u mħarsa.” 

    Theresa May qalet li h a se titkellem mal-mexxej Ameri-kan dwar din il-kwistjoni wkoll. Hija qalet li l-pożizzjoni tar-Renju Unit għadha l-istess dik li l-belt tkun maqsuma bejn l-Iżraeliti u l-Palestinjani. 

    L-Iżrael dejjem qies lil ġerusalem bħala l-kapitali tiegħu, waqt li l-Palestinjani jridu li l-parti tal-Lvant ta’ ġerusalem tkun il-kapitali futura tal-istat Palestinjan. 

    Tajjeb li ngħidu li issa li l- Istati Uniti rrikonoxxiet lil ġerusalem bħala l-kapitali ta’ Iżrael, dan huwa l-ewwel pajjiż li għamel hekk mill- formazzjoni ta’ Iżrael ’il hawn, jiġi eri mill-1948. 

    Din hija kwistjoni delikata immens li tmur l-qalba tal-kunflitt li jeżisti bejn Iżrael u l-Palestinjani li dawn tal- aħħar huma appoġġjati mill- Għarab u d-dinja Iżlamika. Din il-belt, speċjalment in-naħa tal-Lvant, hija d-dar ta’ tliet reliġjonijiet kbar li huma l-Kristjaneżmu, l-Iżlam u l- ġudeiżmu.