Eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju bħala taħriġ matul il-lejl

    Matul il-lejl li għadda d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxi mid-Direttur is-Sur Emanuel Psaila żamm eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju sabiex jiġu evalwati l-availabilty u r-response time tad-Dipartiment f’każijiet ta’ diżastri.  Dan sabiex il-pajjiż ikun iktar ippreparat għal dawn l-eventwalitajiet.  F’dan l-eżerċizzju kienu involuti l-membri kollha tal-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

    Dan l-eżerċizzju inżamm b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll it-Transport Malta.