Bi ġrieħi serji wara li ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll

    Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-kwarta, raġel indarab gravi f'inċident stradali li seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel Serb, li għandu 28 sena, kien qed isuq mutur tat-tip Aprilia SR125 lejn il-Balluta, meta għal xi raġuni ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll.  

    Konsegwentement, ir-raġel sofra xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.  Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

    L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.