L-Isptar Mater Dei qatt ma kellu policy dwar reklamar

    Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li sa mill-ftuħ tiegħu l-Isptar Mater Dei qatt ma kellu policy dwar reklamar.

    Madankollu l-Ministru Fearne saħaq li matul dawn l-aħħar ġimgħat qed jiġi ppreparat dokument dwar l-aħjar użu tal-ispazji mhux mediċi li jeżistu fl-istpar.