Fil-ġimgħat li ġejjin se tkun ippubblikata l-lista ta' min kiseb ċittadinanza Maltija taħt l-IIP matul l-2016

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li fil-ġimgħat li ġejjin se tkun ippubblikata l-lista ta’ persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazzjoni, kif ukoll dawk il-persuni li jkunu nagħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta. Il-lista se tkun tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena 2016.

    Il-Prim Ministru ta’ din l-informazzjoni meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.