Hossem Aouatr fil-mira ta' Barcelona

    Id-diriġenti ta’ Barcelona bdew il-kuntatti mal-club ta’ Lyon sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tat-talent żagħżugħ Hossem Aouar. Dan il-player għandu biss 19-il sena u qed jimpressjona fil-Ligue 1, tant, li lagħab ukoll xi partiti mat-team tal-kbar.

    Minkejja kollox, il-Katalani mhumiex ser jgħaġġlu fl-akkwist ta’ dan il-plejer hekk kif iridu jagħtuh iċ-ċans jilgħab aktar partiti f’pajjiżu u jista’ eventwalment ikun objettiv ewlieni fil-futur qrib.

    Aouar huwa player Franċiż b’ċittadinanza Alġerina u jilgħab bħala player f’nofs il-ground. Huwa lagħab fil-kategorija ta’ Taħt is-17-il sena tat-team nazzjonali Franċiż u bħalissa huwa membru fit-team ta’ Taħt il-21 sena.