Man City lesti li jagħtu salarju fenomenali lil Lionel Messi

    Manchester City offrew lil Lionel Messi s-somma ta’ €100 miljun flimkien ma’ paga annwali ta’ €50 miljun ftit tax-xhur ilu sabiex jiksbu l-firma tiegħu u jingħaqad mat-team li jilgħab fl-Etihad Stadium.

    Bil-futur tal-player fil-Camp Nou  għadu mċajpar, Messi għadu ma ffirma l-ebda kuntratt mal-Katalani kuntrarju għal dak li ġie rrapurtat aktar qabel dan ix-xahar.

    Ġie żvelat ukoll li l-player Arġentin ġie offrut somma flus konsiderevoli biex jagħmel iċ-ċaqliqa lejn il-Premier League Ingliż.

    Min-naħa tiegħu, Messi qatt ma kellu l-intenzjoni li jħalli lil Barcelona għalkemm s’issa jinsab b’futur xi ftit imħawwad hekk kif qed jistenna x’għandu jagħmel fil-jiem li ġejjin.