Theo Walcott fil-mira ta’ Everton

    Il-club minn Merseyside, Everton, immarka lil Theo Walcott bħala dak il-player li jista’ jkun is-sostitut ta’ Romelu Lukaku li ngħaqad ma’ ManchesterUnited matul is-sajf li għadda.

    It-Toffees bdew id-diskussjonijiet mad-diriġenti ta’ Arsenal sabiex jakkwistaw lil dan il-player li jinsab lest biex jiġi trasferit ma’ club ieħor.

    Walcott ftit li xejn lagħab ma’ Arsenal matul dan l-istaġun u kien għalhekk li l-manager ta’ Everton Sam Allardyce qed jarah bħala attakkant prezzjuż li għandu bżonnu ferm għal Jannar sabiex isaħħaħ id-dipartiment offensiv.

    Everton iridu jitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika wara sensiela ta’ riżultati negattivi fil-ġimgħat li għaddew.