Napoli qed jiffaċċjaw kompetizzjoni għal Sime Vrsajlko

    Napoli jistgħu jonqsu milli jakkwistaw lil Sime Vrsajlko minħabba li qed jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija minn Juventus u Roma għad-difensur ta' Atletico Madrid.

    Juventus jidhru disposti li jħallsu s-somma ta' madwar €25 miljun għal Vrsajlko, f'Jannar li ġej, fejn diġa' ppruvaw jakkwistawh is-sena li għaddiet.

    Din is-somma hi ferm superjuri għal dik offruta minn Napoli li kienet ta' €14-il miljuni. Atletico jidhru lesti li jaċċettaw il-proposta tal-Bianconeri.  Anke Roma huma nteressati ferm fl-ex difensur ta' Genoa u Sassuolo.