Ivan Perisic: "Luciano Spalletti kkonvinċini biex nibqa' ma' Inter"

    Ivan Perisic ikkonferma li kien il-coach ta' Inter, Luciano Spalletti, li kkonvinċieh li jibqa' mal-club minkejja l-offerta ta' Manchester United.

    Il-player internazzjonali Kroat kien l-awtur ta' hat-trick fir-rebħa ta' 5-0 kontra Chievo nhar il-Ħadd li għadda u b'hekk in-Nerazzurri qabżu waħedhom fl-ewwel post tas-Serie A.

    "Mhux importanti min jiskorja, iżda li t-team  jirbaħ. Hemm bżonn li nkomplu kif aħna sejrin għaliex stennejna żmien twil wisq għal dan il-mument biex jasal u issa rridu nirbħu għand Juventus," qal Perisic.

    "Spalletti qalilna li kull player huwa importanti u fil-logħba kontra Chievo kellna prova ta' dan, minħabba li anke players li ma lagħbux b'mod regolari kellhom iċ-ċans iħallu l-marka tagħhom."