Tottenham jirriskjaw li jitilfu lil Toby Alderweireld

    Tottenham qed jirriskjaw lil jitilfu lil Toby Alderweireld fis-sajf li ġej minħabba li l-club qed jirrifjuta li jkisser l-istruttura tal-pagi li għandu.

    Alderweireld ta' 28 sena, huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa difensuri ċentrali fil-Premier League u jista' jħalli lil Spurs fit-tmiem dan l-istaġun.

    Il-player li jirċievi salarju ta' £50,000 fil-ġimgħa, filwaqt li qed jitlob is-somma ta' £110,000 fil-ġimgħa. 

    Iċ-chairman, Daniel Levy, naqas li jilħaq ftehim mar-rappreżentanti tal-player internazzjonali Belġjan li qed ifittex li jtejjeb is-salarju tiegħu.

    Alderweireld huwa pedina importanti fit-team ta' Tottenham, tant li wara li weġġa' kontra Real Madrid aktar kmieni dan ix-xahar, Spurs rebħu logħba waħda biss minn erba' partiti. 

    Tottenham għandhom l-għażla li jistgħu iġeddu l-kuntratt ta' Alderweireld b'sena oħra, iżda jekk jagħmlu dan jattivaw il-klawsola tar-release li hija s-somma ta' £25 miljun.  Fis-suq tat-trasferimenti preżenti, il-valur tal-player internazzjonali Belġjan huwa ferm aktar minn hekk u faċli jinbiegħ għas-somma ta' £50 miljun. 

    Il-player ma jidhirx li huwa mgħaġġel biex jiffirma kuntratt ġdid minkejja li li Spurs huma ħerqana li jiżguraw li Alderweireld iġedded il-kuntratt magħhom.