Arda Turan jista' jilgħab fl-Italja

    L-aġent ta' Arda Turan, Ahmet Balut, sostna li l-midfielder ta' Barcelona diġá rċieva diversi offerti mill-Italja u li l-futur tal-player ser jiġi deċiż fil-ġimgħat li ġejjin.

    Arda jidher destinat li jħalli lil Blaugrana f'Jannar wara li naqas li jilgħab imqar f'logħba waħda f'dan l-istaġun. Balut żvela li s-Serie A tista' tkun destinazzjoni probabbli għall-player internazzjonali Tork.  Fil-passat kien hemm l-attakkant Tork Hakan Sukur li kien lagħab ma' Inter u Parma, kif wkoll preżentament Cengiz Under li qed jilgħab ma' Roma.

    "Hemm diversi timijiet li jridu lil Arda.  Għandu diversi offerti minn clubs fl-Ingilterra, Spanja u l-Italja u s-sitwazzjoni ser tkun aktar ċara fil-ġimagħtejn li ġejjin.  Hemm min iridu b'self filwaqt li club ieħor irid jixtrih minnufih," qal Balut.