Wanda Nara: "Maradona għandu bżonn test tad-doping"

    Il-mara ta' Mauro Icardi, Wanda Nara, wieġbet lil Diego Maradona meta qal li hi dejqet lill-coaches nazzjonali tal-Arġentina biex isejħu lil żewġha mat-team nazzjonali. "Maradona għandu bżonn test tad-doping."

    Il-leġġenda ta' Napoli, Maradona, ikkummenta mal-ġurnalisti waqt it-tlugħ tal-poloz tat-Tazza tad-Dinja,  li l-Arġentina qatt ma lagħbet ħażin bħal ma qed jilagħbu bħalissa. Skond Maradona, il-coach Jorge Sampaoli sejjaħ lill-attakkant ta' Inter, Icardi, minħabba li l-martu hi l-aġent tiegħu wkoll, kif ukoll li dejqet lill-coach nazzjonali bit-telefonati tagħha.

    Wanda rrispondiet għal din l-akkuża permezz ta' messaġġ fuq Twitter.

    "Nirrikomanda li jsir test kontra doping f'dawn l-attivitatjiet importanti, minħabba li dejjem ikun hemm xi ħadd b'moħħu mħawwad u li jipprova jdejjaq lil ħaddieħor.  Mardona jidher li hu ossessjonat fuqna."

    Maradona kien qal li fiż-żmienu Icardi kein jaqla’ xebgħa tajba fid-dressing room talli kien iżżewweġ lill-ex mara ta' sieħbu, f'dan il-każ, Maxi Lopez.