Imxejjen pjan għal attakk b'bombi fuq il-Prim Ministru Brittaniku Theresa May

    Is-servizzi tas-sigurtà Brittaniċi huma konvinti li rnexxilhom iwaqqfu pjan ta’ attakk bomba li kellu l-għan li joqtol lill-Prim Ministru Brittaniku Theresa May. Żewġ irġiel Musulmani huma suspettati li kienu qed jippjanaw li jattakkaw ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru b’bomba u anke skieken.

    L-investigaturi qed jissuspettaw li ż-żewġ irġiel riedu jisplodu l-bomba waqt li kienet moħbija b’basket. Jidher li mbagħad kellhom l-intenzjoni li jipprovaw joqtlu lil May armati b’ġakketta mimlija splussiv, pepper spray, u skieken.

    Naa’imur Zakaariyah Rahman, ta’ 20 sena, u Mohammed Aqib, ta’ 21 sena, se jkunu qed jitressqu llum fil-Qorti tal-Mapistrati ta’ Westminster akkużati bl-ippjanar ta’ attakki terroristiċi.