Tobba ddikjaraw tarbija mejta... kienet ħajja!

    Sptar fil-Kapitali Indjana Delhi keċċa żewġ tobba li bi żball iddikjaraw tarbija bħala mejta tarbija li kien għadha kif twieldet.

    It-tobba fl-isptar privat Max Hospital ippronunzjaw mejta t-tarbija ftit tas-sigħat wara li t-tarbija tewmija tagħha twieldet mejta fit-30 ta’ Novemrbu li għadda. Il-ġenituri sabu li t-tarbija l-oħra kienet fil-fatt ħajja hekk kif kienu fi triqithom biex jidfnuhom.

    Dan l-inċident qajjem rabja sħiħa dwar il-kwalità tal-kura privata li ħafna drabi tqum ħafna flus.

    Fi stqarrija maħruġa mill-awtoritajiet tal-isptar qalu li waqt li għaddejja inkjesta minn grupp ta’ esperti, ittieħdet id-deċiżjoni li jtemmu s-servizzi taż-żewġ tobba involuti.

    Il-Każ qajjem furja hekk kif wieħed mit-trabi ġie nnutat jiċċaqlaq f’borża tal-plastik wara li t-tobba msemmija ddikjarawhom mejtin.

    Skont ma’ qal wieħed mill-qraba taċ-ċkejknin, jidher li l-ġenituri fi stat mħallat ta’ sorpriża, xokk u paniku ġrew lejn l-eqreb sptar fejn qalulhom li binhom kien għadu ħaj.