Eluf ta' persuni jħallu djarhom wara nirien qawwija f'Kalifornja

    Eluf ta’ persuni kienu sfurzati jħallu djarhom fit-Tramuntana ta’ Los Angeles wara li tkebbsu nirien qawwija li nxterdu b’ritmu mgħaġġel fiż-żona.

    In-nirien qerdu medda ta’ art kbir fi ftit sigħat u jidher li Santa Paula u Ventura huma l-ibliet l-aktar fil-periklu.

    Skont ma kien irrapurtat jidher li mill-anqas persuna mietet f’inċident stradali waqt li kien qiegħed jipprova jaħrab.

    Wieħed mir-rappreżentanti fiż-żona qal li f’każijiet bħal dawn il-prijoritajiet tal-pumpiera jkunu li jevakwaw iż-żona u jipproteġu strutturi mill-aħjar li jistgħu, ħidma li tiddependi mill qawwa tar-riħ.