Sena ħabs sospiża wara li ffalsifika permess ta’ residenza biex ikun jista’ jara lil ibnu

    Albaniż ta’ 29 sena kien ikkundannat sena ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li għamel użu minn permess ta’ residenza Rumen biex ikun jista’ jara lil ibnu. 

    Turi Leka tressaq ilbieraħ fil-Qorti fejn wieġeb ħati li nhar it-Tnejn li għadda kellu fil-pussess tiegħu ta’ residenza falz, għamel użu minnu, u ffalsifika xi dokumenti. 

    Id-Difiża argumentat li r-raġel ikkopera mal-Pulizija u li r-raġuni għalxiex l-imputat għamel hekk kien minħabba l-fatt li ried imur jara lil ibnu.

    Wara li semgħet x’kellhom xi jgħidu l-partijiet, fejn intqal ukoll li l-imputat kien se jitlaq minn dawn il-gżejjer fi ftit jiem, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia sabitu ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih u kkundannatu sena ħabs sospiżi għal tliet snin.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Mario Haber. L-Avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo deher għall-Albaniż.