Tlieta mejtin fi sparatura fi skola f'Kalifornja

    Tliet persuni qed ikunu rapportati bħala li mietu fi sparatura fi skola elementari fit-Tramuntana tal-istat Amerikan ta’ Kalifornja. L-isparatura seħħet fl-iskola elementari ta’ Rancho Tehama għall-ħabta tat-8.00 a.m. ħin lokali.

    Diversi studenti ttieħdu l-isptar permezz ta’ ħelikopter madankollu għadu mhux magħruf jekk il-vittmi kinux tfal jew adulti.

    Tifel ta’ sitt snin intlaqat darbtejn mill-isparaturi filwaqt li ieħor, li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa, intlaqat f’siequ. L-aggressur inqatel mill-pulizija fuq ix-xena tar-reat.

    Sadanittant raġel li kien għadu kemm wassal lil bintu l-iskola fil-ħin tal-inċident saħaq li kien hemm żewġt irġiel bi snieter, b’wieħed minnhom jinqatel u l-ieħor jirnexxielu jaħrab minn fuq il-post.

    Madankollu l-pulizija għadhom ma kkonfermawx l-involviment ta’ raġel ieħor.