15,000 xjentist b'ittra ta' twissija lill-umanità

    15,000 xjentist minn madwar id-dinja kollha kitbu ittra lill-umanità li fiha ddeskrivew il-perikli li lkoll kemm aħna qed niffaċċjaw. Din l-ittra taġġorna it-twissija oriġinali tal-Unjoni tax-Xjentisti Mħassbin li 25 sena kienet appoġġjata minn 1,700 xjentist.

    Madankollu llum il-ġurnata l-esperti qed jisħqu li t-twissijiet li kienu ġew elenkati u identifikati fl-1992 issa sempliċiment komplew jiggravaw.

    L-umanità llum il-ġurnata għadha qed tiffaċċja theddida ta’ riżorsi dejjem aktar limitati kaġun ta’ popolazzjoni li kompliet tikber b’ritmu mgħaġġel. Bl-ittra tgħid li xjentisti, il-midja u ċ-ċittadini normali mhumiex qed jagħmlu biżżejjed biex jiġġieldu din il-problema.

    L-isttra kompliet tgħid li jekk id-dinja mhijiex se taġixxi fi żmien qasir, allura se nkunu qed nesperjenzaw katastrofi f’dak li huwa bijodiversità, b’miżerja kbira tolqot lil partijiet sostanzjali tal-popolazzjonijiet dinjin.

    Sadanittant kien irreġistrat titjib fit-toqba fl-ożonju minn 25 sena ilu ’l hawn, bix-xjentisti jisħqu li dan għandu jittieħed bħala eżempju dwar fejn tista’ twassalna r-rieda li naġixxu.