West Ham iridu jiffirmaw lil Danny Ings

    Il-coach il-ġdid ta’ West Ham, David Moyes, diġà qed jaħseb biex isaħħaħ l-iskwadra hekk kif jinsab interessat fl-attakkant ta’ Liverpool, Danny Ings.

    Moyes qed jipprova jġib aktar attakkanti sabiex isaħħaħ id-dipartiment offensiv tat-team li jinsab fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

    Moyes, li ħa post Slaven Bilic fit-tmexxija tal-Hammers, kien diġà jammira lil Ings meta kien għadu kowċ ma’ Real Sociedad.

    Min-naħa tiegħu jidher li Liverpool jistgħu jħallu lill-attakkant jitlaq b’self ma’ club ieħor, b’West Ham jibdew bħala favoriti.