Saul Niguez fil-mira ta' Manchester United

    Manchester United għandhom l-intenzjoni li jakkwistaw lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Atletico Madrid, Saul Niguez. Dan il-player li għandu klawsola ta’ €150 miljun, qed jinteressa lill-coach  José Mourinho li jixtieq midfielder ieħor ta’ kwalitá.

    Sadanittant il-Colchoneros baqgħu interessati fil-player tal-United, Ander Herrera u dan il-fattur jista’ jfisser li ż-żewġ clubs jistgħu joħolqu xi tip ta’ ftehim.

    Niguez, li huwa magħruf bħala Saul, ilu ma’ Atletico Madrid sa mis-sena 2012 u lagħab 101 partita fejn skorja 13-il goal.