Tħassib dwar il-kundizzjoni ta’ Sadio Mane

    Il-coach ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, jinsab inkwetat ferm dwar il-player mis-Senegal, Sadio Mane, wara li rritorna mar-Reds b’injury fil-hamstring.

    L-attakkant reġa’ ġie mibgħut l-Ingilterra mill-Federazzjoni tas-Senegal wara li nstab li kien qed ibati minn dan l-uġiegħ li ħallih barra għax-xahar ta’ Ottubru kollu.

    Fil-fatt huwa ma ħa sehem fl-ebda partita mill-ħamsa li lagħbu Liverpool matul ix-xahar li għadda u issa li kważi għadda nofs Novembru, Klopp jinsab imħasseb dwar meta ser jerġa’ jirritorna lura għal-logħob.

    Mane, ta’ 25 sena,  ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2016 fejn lagħab 33 partita u skorja 16-il goal.