Paul Pogba fil-31 post!!

    Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Manchester United, Paul Pogba, spiċċa fil-31 post tal-aktar players tajbin fid-dinja. Dan kien post diżappuntanti għal Pogba tant li niżel 16-il post mill-aħħar votazzjoni li saret l-istaġun ta’ qabel.

    Pogba ġie akkwistat mingħand Juventus għas-somma ta’ €105 miljuni, erba’ snin wara li kien telaq lill-clabb minn Old Trafford.

    Matul l-istaġun li għadda, Pogba rebaħ żewġ unuri domestiċi li huma l-League Cup u l-UEFA Europa League.

    Wara perjodu mweġġa’, issa Pogba huwa lest li jagħmel ir-ritorn tiegħu sabiex jerġa’ jaqbad dik il-forma li tant kien magħruf għaliha.