Watford ma jaċċettawx offerta ta’ Everton għall-coach Silva

    Watford irrifjutaw offerta mingħand Everton għall-coach Portugiż, Marco Silva.

    Silva ta' 40 sena, ilu fit-tmexxija tal-club għal dawn l-aħħar 11-il partita tal-Premier League wara li telaq lil Hull City meta dawn sfaw relegati fl-istaġun li għadda. 

    Silva jinsab fil-mira ta' Everton, wara li dawn keċċew lil Ronald Koeman, iżda l-Hornets jidhru determinati li jbiegħdu kull tentattiv biex jisirqulhom il-coach tagħhom.

    Il-coach ta' Taħt it-23 sena, David Unsworth, ġie maħtur coach tat-team tal-kbar b'mod temporanju wara li Koeman safa mkeċċi wara telfa ta' 5-2 kontra Arsenal.