L-ex player ta' Celtic u Manchester United Liam Miller qed jiġġieled il-marda tal-kanċer

    L-ex midfielder ta' 36 sena, Liam Milleri,  jinsab lura l-Irlanda wara li rċieva trattament ta' kimoterapija fl-Istati Uniti.

    Miller lagħab f'21 partita għar-Repubblika tal-Irlanda bejn is-snin 2004 u 2009, meta beda l-karriera tiegħu ma' Celtic qabel ma ngħaqad ma' Manchester United.

    "Nispera li jirnexxielu joħroġ minn dan il-perjodu diffiċli f'ħajtu," qal l-ex sieħbu fit-team ta' Celtic John Hartson.

    "Il-ħsibijiet tagħna kollha huma miegħu u l-familja tiegħu," żied il-coach tar-Repubblika tal-Irlanda Martin O'Neill.