Clyne ta' Liverpool jista’ jdum barra mil-logħba sa tliet xhur oħra

    Id-difensur ta' Liverpool, Nathaniel Clyne, jista' jdum sa tliet xhur barra mill-football wara li kellu operazzjoni f'dahru.

    Id-difensur lemini ta' 26 sena weġġa’ waqt logħba ta' ħbiberija qabel beda l-kampjonat f'Lulju u ilu ma jilgħab għar-Reds minn dak iż-żmien.

    Fl-istaġun li għadda Clyne lagħab fil-logħbiet kollha tal-Premier League minbarra waħda, b'total ta' 41 logħba f'kull kompetizzjoni. 

    Il-coach ta' Liverpool qed jilgħab lil Joe Gomez u Trent Alexander-Arnold minflok Clyne.

    "Clyne ġie eżaminat mill-aħjar tobba madwar id-dinja … mhix problema kbira iżda għandu bżonn iż-żmien biex jirkupra … dak kollu," tenna Klopp.