Is-sidien ta' Leicester City imħarrka fil-qorti

    Is-sidien ta' Leicester City sfaw imħarrka għas-somma ta' £323 miljun dovuta lill-gvern Tajlandiż.

    Il-qorti kriminali ta' Bangkok aċċettat li tisma’ dan il-każ kontra King Power International, nhar it-Tnejn.

    Skond l-akkuża, King Power naqsu li jħallsu lill-gvern Tajlandiż is-somma ta' £323 miljun għat-tmexxija tal-ajruport duty free li kienet ingħatat it-tmexxija tiegħu fl-2006.  Il-każ għandu jkompli jinstema’ fi Frar li ġej.

    Is-sidien ta' Leicester City ma riedux jikkummentaw dwan dan il-każ.