Direttur artistiku ta’ fama internazzjonali għal Jesus Christ Superstar fit-Teatru Astra f’Għawdex

    It-Teatru Asta għadu kif ippreżenta d-direttur artistiku ingliż ta’ fama internazzjonali Hugh Wooldridge li ser imexxi il-live musical  Jesus Christ Superstar ta’ Andrew Lloyd Webber u Tim Rice.  Il-musical imsemmi ma għandu bżonn ebda introduzzjoni għax ġie irrapreżentat ħafna drabi fix-xena internazzjonali u jibqa kkunsidrat bħala wieħed mill-isbaħ ta’ Andrew Lloyd Webber.  Id-direzzjoni tal-mużika se tkun taħt Mro Sigmund Mifsud.

    Il-preżentazzjoni lill-media saret waqt il-konferenza stampa fejn fiha Hugh Wooldridge tkellem dwar l-esperjenza pożittiva tiegħu fil-gżejjer Maltin tal-ahhar jiem, fejn kien fuq żjara preparatorja marbuta mal-produzzjoni fit-Teatru Astra. Hu qal li jiftakar nies akbar minnu jitkellmu dwar l-qlubija tal-Maltin fi żmien il-gwerra u jinsab konxju minn kemm numru ta’ ħbieb tieghu li ġew jgħixu jew żaru Malta baqgħu marbuta mal-gżira. Is-Sur Wooldridge tenna li huwa impressjonat bil-talent lokali li esperjenza fl’aħħar ġranet, kemm fil-qasam vokali, kreattiv u dak tekniku. Għal dan il-għan hu esprima li jinsab entużjast li ser jkun parti f’dan il-proġett.

    Is-Sur Wooldrdige tenna li dan il-musical huwa wieħed mill-aktar favoriti u hu iddireġieh ħafna drabi f’ħafna pajjiżi differenti.  Wera x-xewqa li fis-sena tal-50 sena anniversarju tat-Teatru Astra, din il-produzzjoni tkun tinkorpora fija l-kommunità kollha.  Flimkien mat-tim organizzattiv u s-surmast Sigmund Mifsud, id-direttur artistiku wiegħed li nhar Sibt u Ħadd il-Palm ser jkun qed joħloq atmosfera unika li tirrifletti, anke jekk b’mod kontemporanju, l-aktar storja li qatt inkitbet.

    Matul il-preżentazzjoni tkellem ukoll Michael Formosa, Segretarju Amministrattiv tat-Teatru Astra, fejn saħaq li produzzjonijiet bħal dawn jonoraw mhux biss iċ-ċelebrazzjonijiet tat-Teatru Astra f’għeluq il-50 sena minn meta nfetaħ imma wkoll Valletta 18 għax se joffri aktar varjetà u rikezza kulturali.  Produzzjoni bħal din hija ta’ benefiċċju ekonomiku għall-gżira Għawdxija u opportunità ta’ tagħlim għal min jixtieq jibda jipparteċipa b’xi mod jew ieħor f’dan il-generu ta’ arti.

    Is-Surmast Sigmund Mifsud, direttur muzikli laqa’ l-ingagg tad-direttur artistiku l-gdid ghal-musical fit-Teatru Astra u ddefenixxa dan bhal okkazjoni ohra ta’ qabza ohra fil-kwalita tal-produzzjonijiet tal-musicals fit-Teatru Astra. Hu stqarr li jinsab kuntent li ser jkun qed imexxi it-tielet musical fit-Teatru Astra wara musicals Grease fil-2016 u Evita li ttellghet seba’ xhur ilu, fl’istess Teatru Astra.

    Il-Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, qalet li din hi opportinita’ unika għal Għawdex li ser jospita lil dan id-direttur artistiku ta’ fama mondjali.  Hija saħqet li l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jagħti s-sapport biex f’Għawdex tibqa titrawwam il-kultura u l-arti, filwaqt li ferħet lid-diriġenti tat-Teatru Astra ta’ din il-ħidma. Il-Ministru Caruana wedgħet is-sostenn tal-Ministeru għal Għawdex lit-talent lokali u irringrazjat lil għadd ta’ voluntiera tax-xogħol siewi u imprezzabli li jwetqu. Il-Ministru għal Għawdex irrikonoxxiet il-fatt li produzjonijiet bħal dawn iħallu impatt fuq il-prodott tristiku Għawdxi.

    Din il-produzzjoni li fiha element qawwi ta’ kollabaroazzjoni ta’ voluntarji ghandha s-support tal-Fondazzjoni Valletta 18, il-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartiment tal-Kultura. 

    Il-booking għal dan il-musical, li ser jsir nhar is-Sibt 24 u l-Hadd 25 ta’ Marzu, huwa ġa miftuħ fuq www.ticketline.com.mt.