Gianluigi Buffon jirtira bid-dmugħ f'għajnejh mit-team nazzjonali Taljan

    Il-captain Taljlan Gianluigi Buffon kellu d-dmugħ f'għajnejh wara d-draw ta' mingħajr goals kontra l-Isvezja. Din kienet l-aħħar partita għall-goalkeeper ta' 39 sena fit-team nazzjonali Taljan.  

    "Hija ħasra li l-aħħar logħba tiegħi kellha tkun l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja.  Dan hu ta' diżżappunt kbir għalija. Mhux biss għalija iżda anke għall-football Taljan. Inqasna milli niksbu xi ħaga mportanti għal pajjiżna. Dan hua l-uniku dispjaċir li għandi u ċertament mhux għax ser intemm il-karriera tiegħi," qal Buffon.

    Meta ġie mistoqsi jekk l-Italja ssottovalutatx lill-Isvezja, Buffon wieġeb: "Le, dawk li lagħbu f'dawn iż-żewġ logħbiet jafu kemm huwa diffiċli li tilgħab kontra timijiet bħal Svezja, kemm hu diffiċli psikoloġikament li ddawwar żvantaġġ ta’ 1-0."

    Post Buffon mistenni jiġi meħud mill-goalkeeper żagħżugħ ta'  AC Milan Gianluigi Donnarumma.