Paolo Cannavaro jakkuża l-influss ta' players barranin għall-eliminazzjoni tal-Azzurri

    Il-player ta' Sassuolo, Paolo Cannavaro, ikkritika bl-aħrax lid-diriġenti tal-FA Taljana wara li dawn naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2018

    "Ma nqasnix li nikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. Tlifniha 15-il sena ilu, grazzi għal dawk li qed jaqilgħu l-flus fid-dinja tal-football, u ġabu divers players minn kull pajjiż fl-Italja biex jisirqu l-post għall-players żgħażagħ Taljani.

    "Il-players barranin kisbu l-fama grazzi għall-coaches bravi Taljani li jibqgħu l-aħjar fid-dinja. Issa wara li missejna l-qiegħ nispera li nibdew nirriformaw il-football tagħna.