L-Italja eliminati mit-Tazza tad-Dinja 2018

    L-Italja naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja għal ewwel darba sa mis-sena 1958 meta ġew miżmuma fi draw ta' mingħajr goals minn Svezja f'San Siro, wara li kienu telfu b l-iskor ta' 1-0 fl-ewwel leg tal-play-off.

    Ciro Immobile kellu tentattiv tiegħu maqlugħ fuq il-linja, f'partita fejn iż-żewġ settijiet ta' players ipprotestaw għal penalty.

    L-Azzurri sofrew telfa ta' 1-0 fi Stokkolma nhar il-Ġimgħa meta tentattiv ta' Jakob Johansson  ġie mxellef minn Daniel De Rossi għal ġox-xibka.

    Din kienet l-aħħar partita internazzjonali għall-players Taljani bħal Gianluigi Buffon, Giorgio Chiellini u Daniele Rossi.