"Missieri stuprani, ħallieni infertili u wara neħħa ħajtu biex jevita l-ġustizzja"

    Ma’ tantx hi xi ħaġa li tiltaqa’ magħha spiss li mara li jkun stupraha missierha ixxejjen l-anonimità u tagħżel li titkellem fil-pubbliku. Karen Wernham imma għamlet dan biex twassal messaġġ lin-nies. Mindu kienet żgħira missierha kien jistupraha. ħallieha infertili u wara neħħa ħajtu b’idejh biex jevita l-ġustizzja.

    L-istupri bdew minu hi kellha seba’ snin. Kienu jsiru diversi drabi matul il-ġurnata. Kienu stupri li jsiru fi tmiem il-ġimgħa meta hi kienet tmur għand missierha, peress li dan kien separat minn ma martu.

    F’intervista li għadha kif tat lil kamra tal-aħbarijiet ECHO, Karen qalet li “l-ewwel darba li kont stuprat  kien meta kont qed nilgħab mat-tfal.  Kont għajjiena u rqadt fuq is-sufan.  Meta qomt ħassejt uġiegħ fuq l-istonku. Rajt lil missieri għarwien fuqi. Ma kontx naf x’qed jiġri. JIen għedtlu żul minn fuq għax inti tqil. Ma kontx naf x’ġara. Sess ma kontx naf x’inhu”.

    Illum hi għandha 51 sena u tgħix f’Warrington. “Żammejt kollox sigriet. Ommi u missieri kienu sseparat. Ridthom jerġgħu jingħaqdu. Ma tkellimt xejn biex forsi dan isir. Iż-żmien beda għaddej u ma reġgħux marru jgħixu flimkien. Missieri kien beda jgħidli li jekk nitkellem fuq x’kien għaddej, kienu jidħlu tas-sigurtà soċjali u  jifirduni minn ma’ ommi.

    Tgħid li waqfet tilgħab mat-tfal u meta dawn bdew imorru jħabbtu fuq il-bieb biex hi toħroġ tilgħab, missierha kien iġibilhom xi skuża. Kien jgħidilhom li jien rieqda fuq is-sufan u hu għalhekk li l-purtieni huma magħluqin. Aktar ma beda jgħaddi żmien beda jkolli infezzjonijiet fil-parti tiegħi u minkejja li kienu jeħduni l-isptar ħadd ma ssuspetta xejn. Darba spiċċajt ħrabt mid-dar. Meta wasal id-dar t’ommi u ġew il-Pulizija għax missieri kien irrapporta li ħrabt, jien ma’ semmejt xejn x’kien ġara għax bżajt”.

    Tgħid li bdiet tirrifjuta li tmur għand missierha, iżda għalkemm l-abbuż waqaf hu baqgħet affettwata.  L-abbuż affettwali r-relazzjonijiet li jien kien ikolli meta sirt żagħżugħa.

    It-trawma tal-abbuż wassalha biex tieħu overdose ta’ pilloli. Maż-żmien Karen issir taf li missier kien iżżewweġ mill-ġdid u kellu tlett itfal żgħar. Kien hawn li hi tħassbet għal dawk it-tfal li jista’ jiġrilhom bħal ma ġralha hi u marret għand il-Pulizija. 

    MIssierha kien arrestat u ngħata l-ħelsien. Ma ddumx imma ma tirċievi telefonata li fiha intqal lilha li missierha kien neħħa ħajtu b’idejh. 

    “Irrabjajt meta smajt dan. Ridt inkun naf għaliex għamilli hekk. Anki minn dik ċaħħadni”, tgħid Karen.  Talbet kumpens mill-awtoritajiet u meta qalulha kemm trid hi qaltilhom “ċenteżmu”. Baqgħu iħarsu lejha, iżda wara spjegat li mhux flus riedet imma għarfien legali li sar l-abbuż.  Tawni £10,000 u jien tajthonm lil Childline.

    Jien iżżewwiġt. Lir-raġel għedtlu b’kollox biex jekk irid ma jiżżewiġnix. Hu baqa’ miegħi. Ħriġt tqila bi twins imma tlifthom. It-tobba qaluli li dan seta’ sar minħabba infezzjoni li jien kont ħadt fiż-żmien li kont qed niġi stuprata.  ‘Lil missieri ma nobogħdux imma mhux se naħfirlu għal dak li wettaq fuqi”. Tkompli tgħid li “jekk l-istorja tiegħu twassal biex imqar persuna waħda abbużata tersaq l’ quddiem inkun kuntenta”.